Attivitajiet, Aħbarijiet

Servizz tal-banda fil-festa ta San Pietru, Birżebbuġia

Għat-tieni sena konsekutiva l-Għaqda Mużikali San Pietru ta’ Birżebbugia, għaġobhom jistednuna nieħdu sehem fil-festa kbira tagħhom. Propja il-Ħadd li ġej 5ta’ Mejju, f’jum il-festa, l-banda tagħna ser tkun qed tilqa’ l’istatwa ħierġa min ġol- knisja parokjali idediċati lil San Pietru, fejn il-banda imbad takkumpanja l-istatwa tul biċċa mil-purċissjoni u wara tesegwixxi program mużikali fuq il-planċier tal-istess Soċjeta’.

Il-banda tibda is-servizz tagħha għas-7.00pm.