Attivitajiet, Festa 2012

Party Tal- Festa Għat-Tfal

Nhar it-Tnejn 3ta’ Settembru fil-każin, il-kummissjoni banda ser torganizza Party Tal- Festa għat-tfal taħt it-12-il sena.

Din is-sena ser jkun differenti sew min dak ta snin ta qabel, b’aktar attrazzjonijiet ghat-tfal bhal balloon modelling, face painting u oħrajn, kif ukoll ma tonqosx li tieħu sehem il-banda tagħna biex t’allegra lit-tfal b’marċi popolari. Din is-sena ukoll ser ikolna il- Candy Floss machine li ser tqassam il-candy floss b’XEJN lit-tfal waqt dan il-party. Fl’aħħar tal-party ser jingħata rigal speċjali lil dawk it-tfal preżenti.

Il-prezz huwa ta Eur7.00 u biljetti ser ikunu disponnibli mil-bar tal-kazin.

Tħallux għal-aħħar!