Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2012

25 Sena Nar tal-art fis-6ta’ Settembru ġon-Naxxar

25 Sena ilu, id-dilettanti tan-nar partitarji tas-socjeta, bdew jaħarqu ħarqa nar tal-art nhar lejlet lejliet il-festa (6 ta’ Settembru). Għall-ħafna raġunijiet storiċi, kienet intgħażlet din id-data, li hija għal-qalb kull partitarju Vittorjan. Għal dan l’anniversarju, inħareġ promo, li jdawarna ma uħud mill-aqwa biċċiet ta’ nar tal-art li qatt ħarġu dawn id-dilettanti, kif ukoll wieħed x’jista jistenna għal-dan l’anniversaju hekk mistenni.

Id-dilettanti tan-nar, jistiednu lil dawk id-dilettanti kollha biex nhar il-Ħamis, 6 ta’ Settembru, jiġi jaraw l’ispettaklu propju f’dan l’anniversarju.

Ara l-promo.
Għall lista kompluta tan- nar fiż-żmien il festa itħol hawn.