Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2012

Ftuħ tal-Intrata Artistika

Ħolma oħra li kienet ilha tberen fl’imħuħ tal-kumitat u partitarji tas-soċjeta ser issir realta’ bil-ftuħ tagħha ssir il-Ħadd 2 ta’ Settembru wara il- Program Mużikali mil-banda fit-triq tal-każin stess.

Ħolma li għal dawn l-aħħar sentejn sar xogħol ta maestrija kbira, li ra ħafna nies jagħtu is-sehem tagħhom biex din titwetaq. Fuq disinn ta Adonai u zijuh Pawlu Cammileri Cauchi, l’intrata tal-każin ser tinbidel f’waħda mill-isbaħ intrati hekk kif jixraq lis-soċjeta bħal tagħna.

Ma nistgħux ma nsemmux il-ħeġġa, l’artistrija ta John Muscat, benefatur, kaxxier u artist tas-soċjeta, kif ukoll nies li ta kuljum jgħinuh biex din titwetaq.

Għaldaqstant inħeġġeġ lil kul min hu delettant tal-arti, tal-każini u tal-volontarjat, biex il-Ħadd 2ta’ Settembru, jattendi għal program Mużikali u wara f’ċelebrazzjoni kbira tiġi imbierka din l’intrata meraviljuża li wara tkun miftuha għall kulħadd.

Għall-aktar ritratti dwar l-andament ta kif qed issir dan ix-xogħol itħol hawn.