Attivitajiet, Aħbarijiet

Seduta Ġenerali Straordinarja

Nhar il-Ħadd, 28 ta’ Lulju, 2013 ser issir Seduta Ġenerali Straordinarja fl-10.00 ta’ filgħodu. Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri preżenti.

Kull membru tas-soċjeta’ huwa mistieden jattendi peress li f’din is-seduta se jiġu diskussi mozzjonijiet importanti u jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-Soċjetà fil-futur.

 

KUMITAT