Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2013

Festa 2013 : Quddiesa liż- Żagħżagħ għall- Festa

Bix- xieraq u hekk għandhu jkun, li bħal kull sena il-knisja torganiza quddies tal-festa għaż-żagħżagħ, din is-sena il-kleru għoġbu jistieden mhux biss sempliċiment liż-żagħżagħ Naxxarin imma liż-żagħżagħ tas-soċjetajiet mużikali, Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja u lil Għaqda Mużikali Peace.

Marija Bambina - Naxxar

Għaldaqstant inħeġġeġ liż- żagħżagħ tagħna jattendu bi ħġarhom għal din il-festa tal-owkaristija organizzata propju għalikhom ġewwa il-knisja arċipretali tagħna nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fit- 8:30am biex b’hekk nuru kemm vera aħna soċjeta li jistħoqilna l-isem tal-patruna tan-naxxarin, Sidtna Marija Bambina.

Għal- aktar informazzjoni dwar dak kollhu li l-kleru qed jorganniza bħala festi ta’ ġewwa nistedinkhom tidħlu f’dan il- link.