Attivitajiet, Aħbarijiet

Talent Żagħżugħ 2013

Talent Żagħżugħ 2013Reġgħa wasal it-tant mistenni Talent Żagħżugħ, li issa wasal fil 11-il edizzjoni tiegħu.

Wara is-suċċess kbir li kien hemm fl’edizzjoni tas-sena l’oħra, din is-sena ser jerġgħa jitgħela ġewwa s-sala tal-Oratorju tan-Naxxar, nhar is- Sibt, 16ta’ Novembru, 2013.

Talent Żagħżugħ 2012
Udjenza preżenti fl’ edizzjoni tal- 2012

Din is-sena, bħas-snin ta’ qabel dan il-program huwa meqjus bħala ix- showcase tal-banda tagħna fejn b’minfuq min 40 bandist u alliev, kollha prodott tal- iskola tal-mużika tagħna, titgħela din is-serata għal qalb ħafna l’ammiraturi tas-soċjeta.

Talent Żagħżugħ 2012
Il- “Victoria Clarinet Choir” taħt id-direzzjoni ta Graziella Vella

Hekk kif bħal fl’edizzjonijiet preċedenti, f’dan il-kunċert mużikali u awdjo-viżiv, il- Banda Żagħżagħ tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast, Christine Dimech.

Talent Żagħżugħ 2012
Christine Dimech u il- Banda Żagħżagħ fl’edizzjoni tal- 2012

Għal-ewwel darba, il-pjanista akkumpanjatriċi ser tkun il-mużiċista tal-post Lara Scerri. Ser jieħu sehem, għal-ewwel darba ukoll, il-brass & percussion ensemble taħt id-direzzjoni tal- għalliem tar-ramm Daniel Vella bl’isem ta bandaRamm. Apparti is-solisti li ser jieħdu sehem, għal darboħra ser ikun hemm il-vuċi tal-bandists u kantanta tagħna, Alexia Agius, kif ukoll il-grupp Cockroaches  kif ukoll il- Victoria Clarinet Choir taħt id-direzzjoni tal-Klarintista, Graziella Vella. Ma jonqosx ukoll li għal-darboħra il-preżentazzjonui tas-serata tkun ta’ Clifford Galea.

Nitlobkhom tkomplu issegwu is-sit għal aktar informazzjoni dwar dak li jkun qed jiġri f’dan l-aħħar xagħar qabel il-program.