Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied 2013 – Attivitajiet u Wirjiet

Milied 2013

Bħal kull sena is-Soċjeta’ torganizza serje ta’ attivitajiet għaż-żmien il-Milied 2013. Hawn taħt hawn id-dettalji ta’ dawn l’attivitajiet:

– Wirja ta Presepji – mit- 13ta’ Diċembru sal- 5ta’ Jannar

Wirja ta’ presepji tradizzjonali kif ukoll presepju artistiku teknologiku bl’isem ta Il-Fidwa li bdiet f’Betlehem imxandra minn Pawlu f’pajjiżna.

Ħinijiet : Mit-Tnejn sas-Sibt: 18:00 – 21:00 Ħdud u Festi: 10:00 sa 12:00 & 18:00 – 21:00

Ser ikun ukoll Kompetizzjoni ta’ presepji li ser ikunu eżebiti fl’istess wirja. Għal aktar informazzjoni ċempel lis- Sur Bruce Cortis fuq 9980 3897

– Program Mużikali – il-Ħadd 15ta’ Diċembru fis- 19:30

Program Mużikali b’siltiet mużikali bit-tema tal-Milied kif ukoll siltiet oħra tradizzjonali, mil-banda Żagħżagħ tas-soċjeta. Il- Banda tkun taħt id-direzzjoni tal- għalliem tar- ramm, Daniel Vella.

– Party għat- Tfal –  it-Tnejn 23ta’ Diċembru fil- 17:00

Għal sena oħra ser issir il-party għat-tfal ġewwa il-każin Attrazjonijiet sbieħ għat-tfal, fosthom ikel, xorb, daqq mil- banda, magician u jingħatagħu rigal min Father Christmas. Biljetti mill-bar jew membri tal-kumitat.

– Żjara lill Anzjani – il-Ġimgħa 27ta’ Diċembru fl’ 10:00

Għal dawn l-aħħar  snin, il-bandisti u allievi tas-soċjeta tmur iżżur u tferrah lill anzjani fid-dar tal-Anzjani ġon- Naxxar.

– Tqassim ta Rigali minn Father Christmas –

Għall aktar informazzjoni dwar ġbir u tqassim tar-rigali ċempel lill-membri tal-Kummissjoni Żagħżagħ fuq 79294616.

Il-President flimkien mal- Kumitat Ċentrali u Kummissjonijiet tal- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar, jixtiequ jagħtukhom l’isbaħ xewqat għal- Milied hieni u sena ġdida mimlija barka u ferħ.

Luqa 2:14 “Glorja lil Alla fl-ogħla, u paċi fl’art fost dawk li magħhom huwa kuntent!”