Attivitajiet, Aħbarijiet

L-Aħħar Tislima lill- Salvu Abela

Hekk kif jixraq, nhar it-Tlieta, 7 ta’ Jannar 2013, in-Naxxar ser jagħti l-aħħar tislima lil wiħed min uliedu, benefattur kbir u maħbub min kull Naxxari, Salvu Abela, magħruf bħala Salvu tal-“crane“.

Image
ritratt ta Salvu Abela, meħud mis-sit ta’ Facebook

Iż-żewġ baned Naxxarin, dik tal- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar u l’ Għaqda Mużikali Peace, ser jingħaqdu f’ Mass Band waqt il- korteo funebri li jibda fit- 15:00 u li jibda minn ħdejn il- Kunsill Lokali tan-Naxxar u jgħaddi mit-toroq Żenqa, Santa Luċija, fejn jgħaddi min quddiem sede tal- Għaqda Mużikali Marija Bambina, għal pjazza fejn jgħaddi min quddiem is-sede tas- Soċjeta Mużikali Peace.

Ser ukoll jinħaraq salut bejn iż-żewġ għaqdiet tan-nar, dik tad-dilettanti tan- nar tal’ Għaqda Marija Bambina, banda Vittorja u mil- Għaqda Piroteknika Marija Bambina.

Il-quddiesa presente catavere ser tibda fl’ 15:30 fil-Knisja Arċipretali, Arċimatriċi tan- Naxxar.