25 Sena Banda, Attivitajiet, Aħbarijiet

Ftuħ taċ-Ċelebrazzjonijiet – 6 ta’ April 2014

 

25Sena6taApril

Din is-sena taħbat propju l-25 sena mit-twaqqif tal-banda tant għażiża tagħna. Għaldaqstant il-kumitat ħaseb biex jiftaħ dan iċ-ċelebrazzjonijiet b’sensiela ta’ attivitajiet nhar il-Ħadd 6ta’ April, kif ġejjien:

09:00am : Konferenza Stampa

Il-kumitat ħadem bis-sħieħ biex jagħmel sensiela ta’ attivitajiet indimentikabbli biex jonora u jiċċelebra dan l’anniversarju. Għaldaqstant ser issir konferenza stampa ġewwa s-sala George Vella fejn ser tiġi żvelata l-akbar attività mużikali biex tfakkar dan l-anniversarju. Ser ikunu mistiedna il-media lokali kif ukoll il-pubbliku ġenerali.

 

09:30am : Kxif ta’ Plakka Kommemorattiva

Waqt il-laqgħa staordinarja tal-Ħadd 28 ta’ Lulju 2013,ġie mibdul l-isem tas- Soċjetà. Għaldaqstant ser tinkixef plakka bl-isem il-ġdid mal-faċċata tas- sede tas-Soċjetà mil-President Dr. Michael Farrugia MD MP.

 

09:45am : Ftuħ tal-Wirja

Kif xieraq, ser issir wirja li turi l-mixja sabiħa ta’ din il-banda tagħna f’dawn l-aħħar 25 sena. F’din il-wirja ser ikunu esposti diversi esebiti relatati mal- istorja tal-banda. Din il-wirja ġiet imtellgħa mill-istoriku u partitarju tas-soċjetà, is-Sur Mark Mangani u ser tinżamm fis-Sala Toni Catania. Din il-wirja qed issir b’kollaborazzjoni mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

 

10:30am : Seduta Ġenerali 2014

Seduta Ġenerali fejn ikunu jistgħu jattendu l- membri tas-soċjetà. Tista’ ssir membru billi tavviċina membru tal-kumitat ċentrali u jigwidak biex dan iseħħ.

Poster Uffiċjali – Ftuħ taċ-Ċelebrazzjonijiet