25 Sena Banda, Aħbarijiet

Logo Uffiċjali tal-25 Sena Banda

Bħal f’kull anniversarju, il-kumitat kellhu x-xewqa li jsir logo kommemorattiv li jirapreżentah. Kif wieħed jista jinota, dan il-logo  huwa fuq stil pjuttost modern ikumparat ma logos oħra ta’ din ix-xorta. Avolja il-burdura tieghu hija meħudha min disin klassiku huwa xorta jibqa stil modern u li juri innovativita u progress.

In-naħa ta fuq ta’ dan il-logo, fuq sfond aħmar bi kliem abjad, juri il-kuluri tant għeżież tal-bandiera Naxxarija kif ukoll jispjega il-għan tiegħu. Fin-Naħa t’isfel, l’isem tas-soċjeta’ qiegħed fuq sfond kulur il-fidda, kulur sinonimu ma dan l’anniversarju.

Dan il-logo maħdum miż-żagħżugħ Robert Spiteri, ġie inspirat u mgħejun mix-xogħol artistiku w ta’ sengħa kbira tal-kaxxier u artist tagħna, is-sur John Muscat. Għaldaqstant, b’dan il-logo,  qegħdin niftakru fil-bażi soda tal-passat, nifirħu u ngawdu il-preżent u naħdmu għal-suċċessi akbar fil-futur.

Ad Multos Annos  Banda Vittorja!

Logo 25 Sena Banda
Logo 25 Sena Banda