Aħbarijiet

Membru ġdid fil-Kumitat Ċentrali

Wara ħidma sħiħa fil-Kumitat Ċentrali kif ukoll fil-Kummissjoni Żagħżagħ is- Sur Clint Muscat wera ix-xewqa li jċeddi postu biex jitrawmu membri ġodda fi ħdan l-istess Kumitat. Is- Sur Muscat partitarju b’imħabba kbira lejn Sidtna Marija, kif ukoll lejn raħal twelidu, min dejjem kien min ta quddiem biex jgħin u jagħti dak kollhu li jista, għas-soċjeta u għal-festa u għaldaqstant min hawnhekk nixtiequ nawguralu kull success għal-ġejjieni.

Fl’istess waqt, il-kumitat iħabbar li is- Sur Mark Mangani ser ikun membru tal-kumitat ċentrali proviżżjonalment sakem issir l-ewwel laqgħa ġenerali, biex b’hekk il-ħidma fi ħdan is-soċjeta tibqa għadejha hekk kif miktub fl-istatut  tal- istess soċjeta. Is-Sur Mangani, storiku u għalliem, ilu għal diversi snin partitorju ħerqan fis-soċjeta u żgur li ser ikun ta’ ġid kbir fis-soċjeta tagħna.