Aħbarijiet, Festa 2014

It-Tieni Sibt għal Festa 2014

Jum is-Sibt, jum fejn għat-tieni ġimgħa nerġgħu naraw lin-Naxxar jiġi ikulurut bil-bnadar kollha ilwien u sbuħija. Imma xinhuma is-Sibtijiet tal-Vittorja? Hawn taħt hawn ġabra ċkejna ta’ informazzjoni dwar dawnis-Sibtijiet grazzi għal l-istoriku Naxxar, Paul Catania.

Dun Nerik Cordina Perez
Dun Nerik Cordina Perez

Meta waslet l-ewwel festa ta Dun Nerik Cordina Perez bħala Kapillan, fl’ 1927, Dun Nerik wera’ ix-xewqa li barra min-novena qabel il-festa, isiru ukoll 9 Sibtijiet bħala preparazzjoni. Kienu bdew fid-9 ta’ Lulju u irnexxew ħafna u għadhom isiru sal-lum. F’din l-istess sena kien għamel il-priedki tan-novena huwa stess. Ried ukoll li l-festa tirnexxi u għamel il-ħila tiegħu kollha biex kulħadd jieħu sehem. Lill-fratelli qalilhom li jekk ma jkunx hemm mill-anqas 12-il fratell minn kull fratellanza, il-purċissjoni ma toħrogx. Meta qabel il-ħrug tal-purċissjoni mar jgħodd il-fratelli sab bil-wisq aktar minn tnax!! Wara l-purċissjoni huwa faħħar lill-poplu kollu ta’ kemm kien iffrenta l-funzjonijiet u lill-fratelli tahom Santa kbira bid-data tal-festa biex tibqa’ tifkira tal-festa ta’ dik is-sena. F’dik il-festa kien kwazi tlesta għal kollox l-armar tal-pjazza.