25 Sena Banda, Attivitajiet, Festa 2014

Cantata “Bi Twelidek Rebbaħtna”

Parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena Anniversaju mit-twaqqif tal-banda, ser jiġi organizzat Program Mużikali ġewwa il-Knisja Parokkjali Arċipretali Arċimatriċi tan-Naxxar nhat il-Erbgħa 27 ta’ Awwissu. F’dan il-program ser terġa titellha il-Cantata mill-isbaħ bl’isem ta “Bi Twelidek Rebbaħtna”  mużika ta’ Ray Sciberras u kliem tal-mibki Saċerdot Naxxari, Dun Anton Sciberras.

F’dan il-program ser tindaqq mużika sagrau oħrajn sinonimi mal-festa tal-Marija Bambina tan-Naxxar. 10596029_10203737891661596_646303233_n

Mal- banda ser jingħaqdu l- Kor, “Coro Bel Canto” taħt id-direzzjoni ta Mro. Hermann Farrugia Frantz, kif ukoll it- Tenur Charles Vincenti u il-Bartitonu Ivan Vella, is-Sopran Clare Caruana , u il-vuċi ċkejkna ta Kacey Azzopardi, Narratur George Peresso.

Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni ta Mro Roderick Buġeja.

Dħul huwa b’xejn

Ħin: Kulħadd mistieden issib postu fit-20:00

Ara siltiet mil-esekuzzjoni tal-Cantata hekk kif saret nhar is-17 ta April 2004 ġewwa s-Sala Temi Żammit fl’Universita ta’ Malta.