25 Sena Banda, Aħbarijiet, Festa 2014, Merchandise

Inselmulek f’Jum Twelidek

“Inselmulek f’Jum Twelidek” huwa l’album il-ġdid tal-Banda Vittorja f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha. Dan l’album fih xejn inqas min 15 -il innu proċessjonali u innijiet oħra idedikati kollha lil sidtna u padruna tagħna Marija Bambina. Din il-ġabra ta’ Innijiet hija għal-qalb ħafna is-soċjeta b’hekk ma setax jonqos li issir dan l’album, b’hekk ħolma oħra setghħet issir realta’.

 

Il-Faċċata tal-album Inselmulek f'Jum Twelidek

Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Mro. Roderick Buġeja filwaqt il-Kor “Coro Bel Canto” kien taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Hermann Farrugia Frantz. L’album ġie irrekordjat mis-Sound Engineer Vanni Farrugia.

 

Dan l’album ser jiġi imnedija nhar l’Erbgħa 27 ta’ Awwissu waqt l’Akkademja Mużikali li ser issir ġewwa il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar u li tibda fit-20:15.

 

Il-Prezz ta dan l’album huwa ta’ €15 biss.