Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2014

Jum tant mistenni!!!!!

Il-jum tant mistenni wasal. Il-jum fejn ghal darbohra il-banda vittorja ser tikteb mument storiku kbir ghaliha u ghal rahalna. Jum fejn min qalbna naghtu l’akbar gieh lil patruna taghna got-tempju maestuz taghha.

Illum huwa il-jum fejn min gol-knisja Arcipretali taghna johorgu noti li bhal ward ifewhu u jaghtu qima lil omna Marija Bambina.

Jum l-esekuzzjoni tal-Kantata “Bi Twelidek Rebbahtna” , l’ antifona “Gloriosae Virginis Mariae”, li ser tindaqq ghal-ewwel darba min banda,u siltiet marjani ohra.

image
Il-banda ghadejha bl-ahhar prova generali taghha

Ghalhekk, il-kumitat jixtieq jistieden lil kulhadd, specjalment lil poplu Naxxari, biex jattendi u flimkien naghtu gieh lil patruna tan-Naxxarin; Marija Bambina.

Id-dhul huwa b’xejn u il-bibien ser ikunu miftuha fit-20:00