Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2014

Quddiesa għal-partitarji żagħżagħ Naxxarin

Għal darboħra qegħed tiġi organizzata quddiesa ġewwa il-Knisja Arċipretali tagħna għal partitarji u żagħżagħ tan-Naxxar. Din ser tkun nhar il-Ħadd fit-8:30am. Inħeġġu liż-żagħżagħ kollha Naxxarin jattendu biex b’hekk nibdew il-Festa b’mod dinjituż u li nagħtu ġieħ lil Ommna Marija Bambina.

10644504_10152693891963566_5044986808505212313_n

Għal din il-quddiesa il-Kappilan u l-Kleru Naxxari Jixtieq u Jħeġġeġ liż-żagħżagħ jiġu bil-Gearijiet u Flokkijiet tas-soċjeta’ imma mhux bil-flok tal-brijju. Jekk m’għandkhomx la wieħed u laqas l’ieħor ejjew b’flokk bil-kulur tas-soċjeta’. Ejjew biex flimkien bħala Naxxarin nuru l’għaqda li hem bejnietna anke jekk aħna partitarji ta’ għaqdiet differenti.