Aħbarijiet

Titħabbar bidla fl’ Arċipriet tan-Naxxar

Waqt il-quddies tal-illum il-Ħadd 21ta’ Settembru, l’ Arċipriet ħabbar li ngħatta l’irwol ta’ Kappillan ġewwa is-Santwarju maestuż iddedikat lill Madonna tal-Ġrazzja, ġewwa Ħaż-Żabbar.

L’Arċipriet, il-Kanonku, Dun Evan Caruana, ilu jaqdi din il-karika għall aktar min 11-il sena, fejn fost oħrajn żġur li jiġi mfakkar għall-ammont kbir ta restawr u rinovazzjonijiet li għamel fil-paroċċa. Hu ukoll kien fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet biex sar ftehim bejn iż-żewġ għaqdiet mużikali fin-Naxxar għal waqt il-festa.

Dun Evan Caruana alavolja mhux wield Naxxari, żamm u kattar it-tradizzjonijiet tar-raħal u dejjem ħabb b’għoża kbira lill sidtna Marija.

IMG_0825.JPG

Il-President, kumitat u sotto kumitati,jixtiequ jirringrażjawh tal-ħidma sħieħa fi ħdan il-parroċċa tant għażiża tagħna.