25 Sena Banda, Attivitajiet, Aħbarijiet

Talent Żagħżugħ 2014 – Edizzjoni Speċjali tal-Milied.

Il-program annwali Talent Żagħżugħ, imtella’ mil-Banda Żgħażagħ tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar, ha jsir nhar is-Sibt, 20 ta’ Diċembru fit-Teatru tal-Oratorju tan-Naxxar.

 

MHD

Din is-sena kienet sena speċjali għal-banda tagħna fejn fiha ġie iċċelebrat il-25 sena mit-twaqqif tal-banda tagħha. Kienet sena mimlija attivitajiet mużikali kbar: insemmu il-program mużikali Grand Anniversary Concert li sar ġewwa il-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 11 ta’ Mejju. Fih ha sehem is-sassafonista ta’ fama internazzjonali Antonino Mollica kif ukoll indaqqet il-kopolavur muzikali “Pictures at an Exhibition” kif ukoll siltiet oħra li ġew eżekwiti għal- ewwel darba minn banda f’Malta.

Avveniment iehor importanti kien l-Akkademja Mużikali li saret nhar l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu, fejn għal-ewwel darba assoluta banda Naxxarija eżegwit ‘ il-Kantata, “Bi Twelidek Rebaħħtna” kif ukoll il-premiere tal-arranġament bandistiku tal-Antifona “Gloriosae Virginis Mariae” ġewwa t-tempju maestuż tal-Parroċċa tan-Naxxar.

Għaldaqstant ma jistax jonqos li din is-sena l-programm tant mistenni minn ħafna, Talent Żagħżugħ, li issa daħal fit-12-il edizzjoni tiegħu, ikun wieħed memorabbli u li jkun jixraq ghal għeluq ta dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar.

Il-Banda Zghazagh, magħmula minn aktar minn 40 mużiċist u alliev tal-post, taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Christine Dimech ser jagħtu spettaklu ta’ mużika, kant, u effetti speċjali. Spettaklu li żgur ser jibqa jissemma u ghalhekk mhux ta’ min jitilfu.

Jieħdu sehem mal-banda il-kantanti residenti: Kacey Azzopardi, rebbieħa ta diversi konkorsi u festivals tal-kant maltin u barranin, kif ukoll il-maħbuba Alexia Agius, il-grupp Cockroaches u l-ensembles tas-soċjeta’: bandaramm, taħt id-direzzjoni ta’ Daniel Vella u il-Victory Clarinet Choir taħt id-direzzjoni ta’ Graziella Vella.

Bl-għajnuna tal-Aġenzija Żgħażagħ kif ukoll bis-sapport ta’ Nexos Lightning, A-sound u Neomax studio, dan il-program jiggarantixxi suċċess ieħor għall-banda żagħżugħa tagħna.