Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied 2014

Fiż-żminijiet sbieħ tal-Milied inlaqqgħukom aktar sikwit biex ingawdu iżjed dawn il-jiem festivi fil-kumpanija ta’ xulxin. B’dan il-għan qegħdin ninfurmawkom bl-attivitajiet kollha li ser ikollna matul dan ix-xahar.

Inħeġġukom tattendu fl-attivitajiet organizzati mis-Soċjeta`.

Milied2014

ATTIVITAJIET

Il-Ħadd, 7 ta’ Diċembru: Raħal fil-Milied

Is-Soċjetà ser tkun qed tieħu sehem bis-sħiħ f’din l-attività hekk kif il-banda tagħna bl-
isem ta’ Victory Christmas Band, ser tkun qed tallegra lill-pubbliku preżenti fit-toroq tan-
Naxxar b‘ format differenti bejn l-16:30 u s-19:30.

Is-Sibt 20 ta’ Diċembru: Talent Żgħażugħ – Edizzjoni speċjali tal-Milied

Il-Banda Żgħażagħ fi ħdan il-Banda Vittorja ser ittella’ s-serata it-12-il edizzjoni tat-Talent Żgħażugħ b’tema tal-Milied fit-Teatru tal-Oratorju tan-Naxxar. Dan l-ispettaklu mużikali jibda fis-19:30pm.

L-Erbgħa, 24 ta’ Diċembru – Purċissjoni tal-Bambin

Il-banda takkompanja lit-tfal tal-mużew waqt il-purċissjoni tradizzjonali ta’ lejlet il-Milied fit-toroq tan-Naxxar. Il-purċissjoni tibda għall- ħabta tas-18:00 minn ħdejn il- MUŻEW tas- subien.

Is-Sibt, 27 ta’ Diċembru – Żjara lill- Anzjani Naxxarin & ikla lill- bandisti u allievi

Il-bandisti u l-allievi jallegraw lill-anzjani tagħna meta jmorru jdoqqu għanjiet tal-
Milied fid-dar Sagra Familja. Wara jkunu mistiedna għall- ikla.

It-Tnejn 29 ta’ Diċembru – Party għat-Tfal

Il-Party tradizzjonali għat-tfal bejn l-4 u l-11–il sena. Ikun hemm divertiment, daqq t’innijiet tal- Milied, Show Maġiku, ikel, xorb u rigali ferm sbieħ. Ħlas ta’ € 7.Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat u mill-Banka tal-lottu fi Vjal il-21 ta’ Settembru, kif ukoll mill-bar. L-attività ssir fis-sala “8 ta’ Settembru” ġewwa s-sede tas-Soċjetà u tibda fil- 17:15.

Tqassim ta’ rigali minn Father Christmas

Se jerġa’ jsir it-tqassim tar-rigali minn Father Xmas fid-djar u jittieħed ritratt tal-
okkażjoni f’atmosfera tal-Milied. Għal aktar informazzjoni itħlu hawn.

AKTAR INFORMAZZJONI

Wirja

Ser ikun hemm ukoll wirja ta’ presepji u anke Bambini tal-Milied nhar is-7 ta’ Diċembru fis-sede tas-Soċjetà. Tkunu tistgħu wkoll tassistu għal ħdim ta’ pasturi tradizzjonali. Din ħa tkun parti mill-festa li ser ikun qed itella’ l-kunsill, ir-Raħal fil-Milied.

Lotterija

Bħas-soltu, f’dawn il-jiem tiġi organizzata lotterija b’rizq l-attivitajiet li jsiru mis-
Soċjetà. Ħudu sehem u kkoperaw magħna!

Kalendarju

Il-Kalendarju ser jkun qiegħed jitqassam min ġol-bottegin tas-soċjeta. Aktar dettalji dalwaqt f’dan is-sit eletronniku.

Menswalita 2015

Fil-jiem tal-Milied, membri tal-kumitat ser ikunu qegħdin jiġbru il-menswalità għall-2015. Kull min jixtieq isir membru ta’ din is-soċjetà jista’ jasal wasla sas-sede tas-soċjetà biex jinkiteb.

Nirringrazzjawkom ta’ kull għajnuna u nħeġġukhom tkunu ġenerżzi meta tagħmlu d-
donazzjoni tagħkom b’rizq il-proġetti li jsiru fil-każin minn żmien għal żmien u għax-xiri ta’ strumenti għall-banda tagħna.

F-isem il-President u l-Kumitat, nixtiequ lilkom u lill-familji tagħko, l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena mimlija prosperità.