Attivitajiet, Aħbarijiet

Il-Pusess tal-Arcipriet

Nhar il-Hadd li gej, 1 ta’ Marzu il-poplu Naxxari ser ikollhu il-pusess tal-Arcipriet il-gdid Father David Gauci.
Hawn taht ser issibu il-program dettaljat fejn il-Banda Vittorja flimkien mal-Banda Peace ser jaghmlu waqt din il-festa:

4:00pm Banda Vittorja tibda marċ min triq Santa Luċija (Kappella Santa Luċija) direzzjoni lejn Pjazza.

4:30pm Iż-Żewġ Baned jaslu l-pjazza. Jindaqq marċ min kull banda fil-pjazza fejn il-Banda Vittorja tieħu posta fuq quddiem waqt li l-Banda Peace timxi wara.

4:45pm Iż-Żewġ baned jaslu quddiem id-Dar Parrokkjali fejn jindaqq l-Innu tal-Papa miż-żewġ baned f’daqqa. X’ħin joħroġ l-Arċipriet mid-dar u jispiċċa l-Innu nibdew mixjin b’marċ. Matul it-triq il-baned ħa jdoqqu marċ kull wieħed tul it-triq kolla.
It-toroq li ħa nimxu huma: Triq il-Kbira, Triq is-Salib, Triq il-Ġdida, Triq il-Labour, Triq il-21 ta’ Settembru, Triq Żenqa, Triq Santa Luċija u Pjazza.

image

5:45pm Naslu Pjazza fejn iż-Żewġ baned jieħdu post fuq kull naħa taz-zuntier fejn jerġa jindaqq l-Innu tal-Papa miż-żewġ baned f’daqqa x’ħin jasal l-Isqof Mons. Charles J. Scicluna

6:00pm Messa Solenni iccelebrata minn Mons. Charles J. Scicluna

Inhegghu lill kulhadd jattendi ghal din ic-celebrazzjoni kif ukoll inhegghu lill kul minn jista itellgha bandiera fuq l-arbli b’turija ta’ festa.

Il-president, kumitat u sotto kumitati jawguraw success lill-Father David Gauci ghal-hidma tieghu fostna.