Attivitajiet, Aħbarijiet

Seduta Ġenerali Annwali u Applikazzjoni għal-Kumitat Ċentrali 2015-2017

Nhar il-Ħadd, 22 ta’ Marzu fl’10:00am ser issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġewwa is-sede tas-soċjeta’. F’din is-seduta ser issir ir-rapport amministrativ kif ukoll ir-rapport finanzjarju 2014. Wara issir ix-xogħljiment tal-Kumitat Ċentrali preżenti u f’każ ta’ Votazzjoni issir l’għadd tal-voti u wara jinħatar il-Kumitat il-Ġdid għas-sena 2015-2017 hekk kif skont miktub fl-istatut  tas-soċjeta’.

AĠENDA

Diskors mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv u diskussjoni
Rapport Finanzjarju u diskussjoni
Ħatra tal-Membri tal-Kumitat u Awdituri
Mozzjonijiet
Għeluq mill-President il-Ġdid

Kif ingħadd qabel din is-sena imiss li jinħatar Kumitat Ċentrali ġdid u għaldaqstant qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal dawk il-membri li ilhom sentejn (2) jew aktar membri tas-soċjeta’ u li għandhom il-menswalita’ imħallsa li tkopri is-sena 2015. Kull min jixtieq japplika biex issir membru fil-kumitat, jew għal-karigi ta’ Kaxxier, Segretaru Ġenerali u President tas-soċjeta’ għandhu jimla l’applikazzjoni kompluta sas-17:00, nhar il-Ħadd, 15 ta’ Marzu. Applikazzjonijiet wara dan il-ħin ma jiġux aċċetati. L-applikazzjoni tista’ tinġieb mil-Bottegin tas-soċjeta’ u għandha tintella’ mill-persuna imħajjra flimkien ma’ assekondazzjoni minn żewġ (2) membri tas-soċjeta’ li jkunu ilhom aktar minn sentejn (2) membri fis-soċjeta u li għandhom il-menswalita’ imħallsa li tkopri is-sena 2015. M’hemm l’ebda ħlas biex timla l’applikazzjoni.