Attivitajiet

Attivitajiet għall- Ġimgħa Mqaddsa 2015

Fl-24 ta’ Marzu, fil-Kappella Ħniena Divina ser tittella’ l’Akkademja Mużikali bl’ isem ta’ Meditation – a concert for lent li ser issir fil-Kappella Ħniena Divina u li tibda fis-19:00

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu, lejliet il-festa tad-Duluri, ser ikun hemm Qrar fil-każin bejn is-19:00 u 21:00 minn Father Charles Delia SJ

Il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, ser ikollna l-Private tas-Seba’ Visti. Tluq minn ħdejn il-Kunsill Lokali fis-19:00. Bookings mingħand Clifford Galea: 79048856ż

Il-Ġimgħa, 3 ta’ April, il- banda ser tkun qed tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira b’daqq ta’ marċi funebri.

Il-Ħadd, 5 ta’April, l-Għid il-Kbir. Filwaqt li nifirħu mal-kleru u l-poplu kollu Naxxari bl-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Rxoxt, nawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd.

Is-Sibt, 11 ta’ April, fis-Swali tal-Każin, l-allievi u l-bandisti ġodda tas-Soċjeta’ ser jesegwixxu Easter Home Concert. Kulħadd mistieden.