Attivitajiet, Aħbarijiet

Serata Mużikali – Jum l-Allievi

Jum l-allievi huwa il-program f’sensiela ta’ kunċerti li l- kummissjoni banda flimkien mal-iSkola tal-Mużika, “George Vella”, bdiet torganizza minn din is-sena biex dejjem tagħti aktar spazju għal-espresjoni lil- membri żgħar tagħha. Wara li matul din il-ġimgħa saret l-ewwel akkademja mużikali mill- Victory Brass Ensemble ġewwa is- Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina, imiss issa din is-serata Mużikali.

Waqt din il-program ser ikun hemm l-allievi u l-bandisti ġodda tal-banda akkumanjati mil-pjanista tal-post iż-żgħażugħa Lara Scerri. Wara jingħaqdu bħala Junior Ensemble biex taħt id-direzzjoni tal- Assistent Surmast Christine Dimech ser idoqqu xi siltiet mużikali flimkien.

Jum l-allievi

Jum l-Allievi ser issir is-Sibt, 11 ta’ April u li jibda fis-18.00 ġewwa is-sala “8 ta’ Settembru”. Kulħadd huwa mistieden biex nuru is-support tagħna lil futur tal-banda tagħna. Dħul b’xejn.