Attivitajiet

Fotografu offiċjali ġdid għas-soċjeta’

Wara li l-Fotografu Dennis Borg, magħruf aħjar bħala Dennis Pics,  xtaq jieqaf mil-fotografija professjonali, il-Kumitat ħatar liż-żagħżugħ Jonathan Brincat bħala l-Fotografu Uffiċjali il-ġdid tas-soċjeta’.

Il-kumitat jixtieq min qih qalbu jirringrazzja lis- Sur Dennis Borġ,  tas-servizz kbir li ta l-isocjeta’ f’dawn l-aħħar snin. Servizz li dejjem tah b’qalb kbira u imħabba lejn is-soċjeta’ u bi professjonalita u li dejjem kien hemm meta kelna bżonn.

Jonathan Brincat, li issa diġa ħa isem fil-fotografija huwa żagħżugħ enerġetiku u professjonali, kif jixdiehu ir-ritratti li min żmien għal żmien jieħu waqt l’attiviatijiet tas-soċjeta u fin-Naxxar. Il-kumitat jixtieq ukoll jawgurha u jirringrazzja lil- Jonathan Brincat talli aċċetta din il-kariga b’entużjżmu.

Nistiednuk tidħol fil-portfolio ta Jonathan billi tidħol hawnhekk.