Attivitajiet

Bandisti waqt Attivita Ewropea organizzata mill-Kunsill Lokalitan-Naxxar

Tlett Mużiċisti tal-Banda Vittorja ser ikunu qegħdin jirrapreżentaw lill-Banda tagħna waqt serata organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

L-Attivita’ hija waħda min-sensiela ta’ attivitajiet bejn 5 pajjiżi bl’isem ta’ Authenthic Europe fejn issa kien imiss li l’attivitajiet issiru ġewwa ir-raħal tagħna.

Nathalie Cachia Bonavia (Klarinett), Lara Scerri (pjanu) u Alexia Agius (Voice) ser ikunu qedin joffru annimazzjoni qasira waqt din l’attivita miftuħa għall-publliku kollhu.

Dawn it-tlett mużiċisti bravi ser idoqqu siltiet kemm bħala solisti kif ukoll bħala trio biex b’hekk juru il-versatilita’ kif ukoll il-kapaċitajiet  tagħhom.