Attivitajiet

Ir-Raba’ Sibt tal-Festa

Fost l’ammont ta armar u rikezzi li is-soċjeta tagħna tiposjedi, żgur li l’aktar għażiża għalina ija l’istatwa artistika ta’ Marija Bambina. Statwa li solenament titla fuq il-pedestal maestuż tagħha nhar is-7 ta’ Settembru wara li din iddur madwar it-toroq Naxxarin akkumpanjata mil-banda b’innijiet Marjani uħud popolari u oħrajn li huma propjeta esklusiva tas-Soċjeta tagħna. Il-qofol ikun hekk kif din tibda tiela fuq il-padestal tagħha bil-kant tal-Ave Maria. Għar-raba’ sibt tal-Festa ser inkunu qed naraw ftit l’istorja ta din l’istatwa.
c

Kien propju nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru tas-sena 1991 meta waslet għall-ewwel darba ix-xbieha ta’ Marija Bambina xogħol l-istatwarju magħruf Michael Camilleri Cauchi. Għal ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu, il-banda Vittorja, u ħafna ammiraturi nġabru u akkumpanjaw b’dinjità l-istatwa mill-pjazza sa quddiem il-każin tas-soċjetà. Din kienet inizjattiva innovativa u oriġinali fl-istorja tan-Naxxar u għalkemm kien hemm min ikkritikha bil-kbir, l-entużjażmu tal-partitarji wassal biex din il-ħolma ssir realtà. Kien umbad nhar is-7 ta’ settembru tal-istess sena li din ix-xbieha inagħqdet mal-banda għall-ewwel darba mal-marċ ta’ lejliet il-festa hekk kif għadu jsir sal-llum il-ġurnata. Is-Sena ta’ wara fl-1992, l-istatwa ġiet mogħnija b’żewġ anġli u b’pedestall ġdid indurat bid-deheb. Wara li ġiet akkumpanjata mill-banda Vittorja, bħalma kien sar is-sena ta’ qabel, din tpoġġiet fil-gallarija tal-każin biex titgawda aħjar mill-partitarji.  Kien umbad fl-1993 li beda x-xogħol fuq in-niċċa fit-taraġ tal-każin sabiex din l-opra grazzjuża tkun tista titgawda s-sena kolla.

b

Iżda x-xogħol ma waqafx hemm! Fis-7 ta’Settembru 2009, ix-xbieha ta’ Marija Bambina ttellgħet għall-ewwel darba fuq pedestal, li żżanżan għaliha qalb iċ-ċapċip u l-ferħ tal-partitarji. Kien umbad fis-7 ta’ Settembru 2011 li ġiet inawgurata statwa ġdida li tirrapreżenta lin-Naxxar xogħol ta’ Adonai u Michael Camilleri Cauchi. Din saret biex titpoġġa fil-bażi tal-pedestall tal-Bambina li ntrama biswit il-każin. Ta’ min jgħid li dan il-pedestall huwa l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta fin-Naxxar. Umbad nhar is-7 ta’ Settembru 2013 ix-xbieha ta’ Marija Bambina intrefgħet għall-ewwel darba mill-partitarji nisa tal-każin. Nhar it-8 ta’ Settembru 2014 waqt il-marċ tradizzjonali ta’ nhar il-festa b’sorpriża ġiet inawgurata statwa oħra li tirrapreżenta allegorija tal-‘Vittorja’ xogħol l-artisti bravissimi Adonai u Michael Camilleri Cauchi. Din tpoġġiet fil-bażi tal-pedestall biex dan wasal viċin li jkun iffinaliżżat.

a