Attivitajiet, Festa 2015

Il-Ħames SIbt tal-Festa

Il-Ħames Sibt tal-Festa, xahar ezatt qabel jum il-festa għaziza tagħna. Xahar ezatt minn meta b’ħerqa kbira nilqgħuk fostna hekk kif inkunu għadna kemm għadejna min ġimgħa sħiħa ta’ ċelebrazzjoni b’qima lejn Ommna Marija Bambina. Xahar qabel il-jum tal-Vittorji. Il-jum li ħelisna minn l’għawġ u l-qsiem ta’ qalb li l-gwerer ġabu magħhom.  Il-ħrara u il-fjamma maltija li niproteġu dak kollhu li huwa tagħna, dak kollhu li huwa għall-qalbna. Propju għalhekk isem l-għaqda tagħna huwa wieħed ta turiha ta’ mħabba lejn Ommna u lejn dak kollhu li għamilna Maltin. L- Għaqda Marija Bambina, Banda Vittorja, ija ġabra ta dak kollhu li jgħamilna Naxxarin. Kburin li inġibhu Ismek, kburin li nfakru Grajitek!

img_0050

Poezija oħra miktuba lis-Soċjeta tagħna dwar l’ 450 sena anniversarju mir-ravbħu tal-Assedju l- Kbir.

Fjamma Maltija

Int reġina O’ Malta tagħna
aħna naħal insegwuk
f’din ix-xehda bnina għasel
aħna lesti li nħaddnuk

Inti Omm għal min iweġġhek
int oħt għal min ifarrġek,
melodija għal min ilissnek
martri għal min ikasbrek

F’benntek hemm il-Fjamma tħeġġeġ
tal-ilsien li ma jmut qatt.
Fjamma tkebbes bl-oħla ġmielha
Nar li jissiġilla l-patt.

Din il-Fjamma nkomplu nkebbsu
tal-patt ġdid ta’ dan l-ilsien
illi jidentifikana
u iħeġġeġ in-nirien.

Fjamma ħelwa tax-xemx bnina
illi ddawlek ta’ kuljum
turi d-dehbi ta’ ġo qalbek
u kuraġġ b’deffa ta’ ljun.

Fl-Assedju ħriġna rebbieħa
bl-Omm tas-sema kollha Glorja
tindokra lil din il-Gzira
sfiq mexxietna fil-Vittorja

L-Ottomani sfaw telliefa
ma djul swarek meqrudin
Dragut tilef il-battalja,
Malta int mar-rebbiħin

Kont għaqlija, kont qalbiena
tagħna int dejjem furċina
ftaħt merżuq li jfewwaħ għodwa
f’jum il-festa tal-Bambina

Int issaħħar lill-barrani
bis-swar qierħa, qalbenin
li jirrakontaw storjitek
u l-qlubija tal-Maltin

Int regina O’ Malta tagħna
fik il-għaxqa, fik is-sliem
għalkemm int suritek żgħira
Qalbek qatt ma ssib it-tmiem.

Josef Borg