Aħbarijiet, Festa 2015

Is-Sitt Sibt tal-Festa

Illum is- sitt Sibt tal-festa, jaħbat ukoll jum Santa Marija, festa oħra b’rabtqa kbira mar-rebħ fuq il-gwerer minn missierijitna, kif ukoll festa ad unur Sidtna Marija. B’rabta speċjali ma’ dan il-jum insibu lill-Mostin li kien jgħamel parti mil-parroċċa kbira tan-Naxxar, li zammagħu lill Sidtna Marija bħala devezzjoni fil-knisja tagħhom. Aparti il-Mosta insbu ukoll l’Imġarr, Qrendi, Ħal Għaxaq, Ħad Dinglu, Imqabba kif ukoll Rabat Għawdex u ż-Żebbuġ f’għawdex ukoll. Dan juri kemm il- Maltin ħabbew u għadhom iħobbu dan il-jum u lill-Ommna Marija f’tul iż-żmien

Id-Dhul tal-Ohio fil-port il-Kbir
Id-Dhul tal-Ohio fil-port il-Kbir

TMIENJA TA’ SETTEMBRU

Kien jum bħal m’hu llum,
it-tmienja ta’ Settembru,
li għal Pjali u Mustafa Pasha,
żewġ mexxejja tat-tajfa Misilmin,
wassal il-għajb tat-telfa,
fil-waqt li ġab il-glorja,
għal nisel il-Maltin.

Qatt daqs dakinhar
il-qniepen ma daqqew
b’daqshekk qawwa
minn fomm il-kampnar.
Il-bnadar ma perpru ferħana,
minn kull rokna tas-swar,
u l-kotra ma ħarġet bi ħġarha
minn kull għorfa jew dar,
biex tifraħ bl-aħbar.

Kien jum bħal m’hu dan,
it-tmienja ta’ Settembru,
meta din-nitfa ta’ blata
f’nofs il-Mediterran,
li ħadd ma ta l-ġieħ li stħoqqilha,
saret fortizza ta’ rebħ għas-salib,
u fis-siegħa tat-tiġrib,
libset il-kuruna ta’ reġina tal-Ewropa.

Illum, it-tmienja ta’ Settembru,
inġeddu kburin it-tifkira
għal ġieħ missirijietna
li taw ħilithom u demmhom,
għall-glorja ta’ dil-Gżira.

Charles Mifsud.