Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2015

Programm – Festa 2015

Dan huwa il-program uffiċċjali tal-Attivitajiet tal-Festa 2015
10552378_912592355436728_8883188492386998751_n

Is-Sibt 23 ta’ Awwissu

8.30pm Pre-Party fil-Każin organiżżat mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Nagħtu bidu għall-festa f ’atmosfera brijuża.

Il-Ħamis 27 TA’ AWWISSU

7.30pm Taħdita fuq l-armar tal-festa Din ser tkun mmexxija mill-istoriku Naxxari Paul Catania u tkun mżewqa b’numru sabiħ ta’ ritratti antiki tal-fotografu John Magro.

Is-Sibt 29 ta’ Awwissu

BBQ kbir fil-bitħa tal-Oratorju.
Ikel bnien, rigali kif ukoll divertiment kontinwu bil-mistiedna speċjali Tonio Vella (il-Majsi), kif ukoll il-kantant renomat Ludwig Galea fost kantanti, żeffiena, u ħafna ‘ktar.

L-Erbgha 2 ta’ Settembru

Fit-8:15pm Program Muzikali mill-Banda Vittorja wara il-kappella ta’ Santa Lucija. Il-program annwali li l-banda tant hija renomata għalih. Program li huwa meqjus bħala wieħed mll-aqwa programmi tal-festa madwar Malta u Għawdex.

Il-Hamis, 3ta’ Settembru

Fl-4:30pm Party ghat- Tfal tal-Festa Ikun hemm ikel, divertiment, daqq ta’ marċi u jingħata rigal tal-okkażjoni.
8.15pm Trattament fis-Swali tal-Każin għall-membri. Isiru preżentazzjonijiet ta’ għotjiet lis-Soċjetà.

Il-Gimgha 4 ta’ Settembru

8.30pm Marċ tal-ewwel Tridu.Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u l-Pjazza. Wara jinħaraq in-nar tal-Art fil-pjazza mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda.

Il-Hadd 6 ta’ Settembru

8.30pm Lejliet Lejlieta. Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it-Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jispiċċa fil-Pjazza. Wara tinħaraq ħarqda spettakolari ta nar tal-art mid-dilettanti tan-nar tal- għaqda.

It-Tnejn 7 ta’ Settembru

7.30pm Lejliet il-Festa.Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġużeppi Stivala, Sejjieħ, Leli Falzon, San Ġorġ, Kbira u Pjazza Vittorja. Wara dawn, il-banda, akkumpanjata mill-istatwa artistika ta’ Marija Bambina, tkompli ddoqq fit-Toroq Labour, 21 ta’ Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bl-Ave Maria, kantata mill-brava kantanta Alexia Agius.

It-Tlieta 8 ta’ Settembru

11.00am Nhar il-festa filgħodu, il-Banda Vittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta’ Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u Pjazza. Jispiċċa wara li jitgawda l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin.

Filgħaxija tindaqq fanfarra mill-gallarija tal-każin mal-wasla tal- Istatwa Titulari quddiem il-Każin.

Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.
N. B. Lejlet u nhar il-festa, is-swali tal-Każin ikunu miftuħin għall-wiri