Attivitajiet, Festa 2015

Quddiesa għal partitarji żgħażagħ tal- għaqdiet Mużikali

Il-quddiesa għal partitarji żgħażagħ tal- għaqdiet Mużikali issa saret okkażżjoni annwali w ta’ sinifikat b’saħħtu hekk kif inkunu qegħdin nipreparaw sabiex nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa.

Għal din il-quddiesa li ser issir il-Ħadd, 30ta’ Awwissu, l-Arċipriet u l-Kleru Naxxari jixtieq u jerġa jħeġġeġ liż-żagħżagħ jiġu bil-Gearijiet u Flokkijiet tas-soċjeta’ (imma mhux bil-flokk tal-brijju). Jekk m’għandkhomx la wieħed u laqas l’ieħor ejjew b’flokk bil-kulur tas-soċjeta’. Ejjew biex flimkien bħala Naxxarin nuru l’għaqda li hem bejnietna anke jekk aħna partitarji ta’ għaqdiet differenti.

11909651_922772551124674_631828935_n