Attivitajiet

Promo Festa 2015

Hekk kif għada nidħlu fl’aħħar ftit jiem qabel tibda il-ġimgħa tal-Festa, il-Kummissjoni Żgħażagħ qed jorginazzaw il-Pre Party ġewwa il-Bottegin tas-Soċjeta bis-sehem ta’ DJ Bonu u DJ Boċċ, fejn aparti li jindaqqu diski tal-illum jindaqqu ukll il-marċi tal-briju.

Biex nitħlu aktar fl-atmosfera u nipreparaw għal dawn il-jiem, għal-sena oħra ġie ipreparat Promo tal-Festa mil-fotografu uffiċjali tas-soċjeta Jonathan Brincat min FadeIn Media. F’dan il-video ser taraw l-aqwa siltiet mil-Festa li għaddiet u attivitajiet kbar li saru is-sena l-oħra f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-banda Vittorja.

F’dan il-video hemm ġabra ta materjal forografiku ta’ Dennis Borġ, Christian Bianchi, iCam Photography, Jonathan Brincat, Daniel Coleiro u Sara Agius.

Nistednukhom tarawh u tqasmuh fil-Medja Soċjlai tagħkhom.