Attivitajiet

Is-Seba’ Sibt tal-Festa

Issa li ‘ktar ma jmur aktar qed noqorbu għal-Festa għażiża tagħna w kulħadd jinsab anzjużż u eċċitat, ħsibna biex għal-dan il-jum ngħattu titwila kif il-festa tagħna kienet tiġi iċċelebrata ġewwa il-Kajr fl’Eġittu mill-emigranti Maltin.

Fost il-festi nazzjonali l-iktar għeżież tal-Maltin, it-8 ta’ Settembru dejjem ingħatat prominenza kbira. Xhieda ta’ dan huma d-diversi ġurnali antiki li kienu jiġu ppublikati fil-bidu tas-seklu għoxrin. Meta wieħed itihom ħarsa mill-ewwel jinnota li mill-aħħar jiem ta’ Awwissu sax-xahar ta’ Settembru l-ġurnali huma miżgħuda b’artikli, poeżiji, programmi w avviżi relatati ma’ din il-festa nazzjonali li kienet tqanqal ġmielu l-patrijottiżmu fost l-abitanti ta’ din l-art ħelwa. Fost l-iktar interessanti nsibu ddiversi programmi ta’ kif din il-festa għażiża kienet tiġi ċċelebrata mill-Maltin li kienu emigrati jew jinsabu f’diversi bnadi tal-Mediterran. Jidher ċar li l-Maltin li kienu jinsabu l’barra minn xtutna kienu jħossu l-eżiġenza li jiffesteġjaw dan il-jum b’mod xieraq u jgħożżu t-tifkira ta’ meta ġie mgħelub il-madmad tal-Mislem f’jum it-twelid ta’ Ommna Marija. Huwa evidenti li din il-festa li aħna niċċelebraw fir-raħal tagħna issib l-għeruq tagħha fl-identità tagħna l-Malti

Estratt mill- Berqa li deher fis-26 ta’ Settembru 1930.
Estratt mill- Berqa li deher fis-26 ta’ Settembru 1930.
Estratt mill- Berqa li deher fis-24 ta’ Settembru 1932.
Estratt mill- Berqa li deher fis-24 ta’ Settembru 1932.

Nixtiequ nieħdu l-okkażżjoni biex infakkru li bħalissa, membri u partitarji tas-soċjeta ser ikun qegħdin iduru bil-program tal-Festa 2015 bieb bieb madwar in-Naxxar. Ġo dan il-program fost affarijiet oħra, insibu ħafna artikli storiċi u ta interess!