Aħbarijiet, Festa 2015

It-Tmien Sibt tal-Festa

Reġgħa sebaħ jum is-Sibt. Dan huwa Sibt speċjali għax huwa il-prelodju tal-Ġimgħa tal-Festa għażiża tagħna. Żgur li waħda mill-affarijiet li tagħmel il-Festa speċjali ija l-Arti. Il-Festa tat-Twelied ta’ Ommna Marija kienet l-ispirazzjoni għal- ħafna artisti madwar id-dinja.  Fuq kitba ta’ Kevin Sciberras, illum ser naraw waħda mill-isbaħ pitturi b’dan is-suġġett.

It-Twelid ta’ Marija Bambina hija tema li fl-arti sagra pittru dwarha l-aqwa artisti ta’ kull żmien. Fost dawn insibu lil Ghirladaio, Giordano, Goya, Gherardi, Solimena u Sorg. Iżda żgur li waħda mill-isbaħ xempji ta’ pittura barokka dwar it-twelid tal-Verġni, hija dik tal-Ispanjol, Bartolome’ Esteban Murillo li tinsab fil-Mużew tal-Louvre f’Pariġi.

unnamed

F’dil-pittura naraw il-Madonna tarbija, b’dija ta’ dawl madwarha, li għadha kif inħarget minn banju fejn inħasslet minn xi qaddejja li qed jgħaddu t-tarbija lil xulxin bl-għajnuna ta’ xi puttini (anġli żgħar) li qed inewlulhom xugaman. Filwaqt li naraw qaddejja oħra jħarsu mistagħġba, hemm grupp anġli nieżel mis-sema għal ħdejn il- Madonna. F’dil-pittura, l-kapaċita’ ta’ Murillo tgħaqqad id-divin mal-uman. Fl-isfond tal-pittura naraw ukoll lil Sant’Anna, omm il-Madonna, tistrieħ fuq sodda bir-raġel tagħha San Ġwakkin bilwieqfa ħdejha. Għalkemm Murillo huwa magħruf għal pitturi tal-Madonna adulta, speċjalment fil-pittura mill-isbaħ tal-Immakulata Kunċizzjoni, din hija l-unika pittura li qatt pitter tal-Verġni tarbija Murillo pitter din il-pittura fl-1660 għall-arzella ta’ niċċa fil-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Katidral ta’ Sevilja fi Spanja, l-istess belt fejn dan il-pittur għex il-parti l-kbira ta’ ħajtu. Hija meqjusa bħala pittura mportanti ħafna fl-evoluzzjoni tal-istil artistiku ta’ Murillo, għaliex fiha juri influwenza qawwija tal-pittur Spanjol famuż Velázquez. Il-figuri li naraw huma iktar grazzjuzi u aturali u fiha beda juża teknika ġdida magħrufa bħala “sfumato”.

Il-ġimgħa d-dieħla naraw fti dettallji ta’ kapolavur ieħor tal-arti bit-tema ta’ Marija Bambina, did-darba permezz tal-kwadru titulari tal-parroċċa tagħna stess, x’aktarx impitter minn idejn il-magħruf Giuseppe D’Arena.