Attivitajiet, Aħbarijiet

Workshops Mużikali

Bi pjaċir u b’sodisfazzjon kbir, qegħdin nippreżentaw l-ewwel  attivita’ konġunta bejn is-Soċjeta tagħna u dik tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi.

Din l-attivita tikkonsisti f’sitt workshops mużikali għal strumenti tal-banda immexxija minn mużiċisti professjonali Maltin u barranin. Bl-għajnuna tal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Baned, iż-żewġ soċjetajiet ħarġu bi proġett konġunt biex bih ngħinu u ntejbu l-livell mużikali kemm tal-bandisti u allievi taż-żewġ soċjetajiet kif ukoll ta’ dawk il-bandisti kollha interessati li jkabbru u jtejbu l-livell mużikali tagħhom.

11219023_962899803802183_73718893826797574_n

Il-Workshops ser jsiru fi tlett postijiet: fl-Akkademja Mużikali Pinto, Qormi, fil-practice rooms tal- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar, kif ukoll f’The Box, Mosta.

Il-Workshops ser ikunu immexxija minn Rebecca Hall (Flawt), Godfrey Mifsud (Klarinett), Antonino Mollica (Saxafon), Kevin Abela (Trumbetta), Chris Spiteri (“Low Brass”) u Daniel Cauchi (Percusjoni)

Ghal aktar tagħrif niżżel il-formola Partecipation-Sheet-Workshops-Agenzija-Zghazagh. Kull diffikulta jew mistoqsija tista tiġi ndirizzata lil Christine Dimech fuq info@bandavittorjanaxxar.net. jew Claire Ebejer fuq akkademjamuzikalipinto@gmail.com

It-tieni attivita’, li ukoll sabet l-appoġġ tagħha mill-Agenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Baned hija propju workshop ieħor li ser jiffokka’ fuq team building u din ser tkun miftuħa għal bandisti u l-allievi taż-żewġ soċjetajiet biss. Dan il-workshop ha jkun immexxi minn Youth Worker tal- Agenzija Żgħażagħ, Ms Sarah Caruana li ha tiffoka fuq kuncetti ta’ team-building u wara ser imexxi l-kumplament tal-workshop Mro. Mark Gauci li ser jiffoka fuq prattici tajbin u ‘etiquette’ mistennija waqt il-provi u l-kuncerti. L-għan principali ta’ dan il-workshop ser ikun sabiex nippreparaw muzicisti li għadhom telgħin kif ukoll dawk b’aktar esperjenza biex jizviluppaw is-sens ta’ smiegħ u biex ikunu proattivi waqt provi tal-orkestra jew banda. Dan kollhu ser iwassal għat-tielet attivita’ li tagħha ser johorġu aktar dettalji ‘il quddiem.

unnamed