Attivitajiet, Aħbarijiet

Workshops Mużikali – L-aħħar sezzjoni

Wara il-fuq min xahar sħieħ ta’ Workshops mużikali imsajra biex jgħinu u jkattru aktar l-informazzjoni lill dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istrument mużikali, fejn ħadu sehem il-fuq minn 70 bandist u alliev min madwar Malta u Għawdex, bħalissa qed jseħħ l-aħħar wiehed. Bl’isem ta “Good practices in different ensembles groups”, Mro. Mark Gauci, qed imexxi din id-diskussjoni mal-bandisti u allievi miż-żewġ baned li ħolqu din l-inizzjativa. Wara dan, il-Youth Worker Sarah Caruana għamlet ukoll team building event bejn iż-żewġ il-gruppi bi preparazzjoni għal- attivita tal-għeluq li iż-żewġ soċjetajiet ser jagħmlu flimkien.

L- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja kif ukoll is-Soċjeta Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan jixtiequ jirringrazjaw għal darboħra lill- Aġenzija Żgħażagħ u lill- Għaqda Każini tal-banda għal għajnuna f’dan il-proġett uniku.