Attivitajiet

Kunċerti Speċjali tal-Milied

Bħala għeluq ta’ proġett li sar matul din is-sena flimkien mas- Soċjeta Filarmonika Pinto San Sebastjan ta’ Ħal Qormi, ser issir Programm Muzikali ġewwa il-Kripta tal-Knisja Parrokjali ta’ San Sebastjan nhar is-Sibt, 19 ta’ Diċembru, bl’istess programm jiġi imtellgħa l-għada l-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, ġewwa t-Teatru tal-Oratorju ġewwa in-Naxxar. Il-ħin ikun dejjem fis-19:30.

Il-program, bl’isem ta’ ” U Paċi fl’Art…” huwa wieħed li jiġbor uħud mil-bandsit u allievi taz-zewġ soċjetajiet f’daqqa taħt id-direzzjoni taz-zewg assistenti tas-socjetajiet rispettivi taghhom, Mro. Christine Dimech u Mro. Roderick Buġeja. F’Dan il-program, b’dedika speċjali għal paċi fid-dinja f’dan iz-zmien, ser jindaqqu wħud mis-siltiet l’aktar famuzi taz-zmien il-Milied.

Il-proġett konġunt bejn iz-zewg socjetajiet sar bil-kolaborazzjoni mil- Agenzija Zgħazagħ u l-Għaqda Kazini tal-Banda.

12334182_10153233627911200_560402234_o.jpg