Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied impenjattiv għal-Għaqda tagħna!

Kif wieħed jista jara, l-Għaqda tagħna ija ferm attiva’ f’dan iz-zmien sabiħ tal- Milied b’diversi attivitajiet li qed torganizza. Hawn taħt hawn imnizzel il-lista ta’dawn l’attivitajiet.

Wara is-suċċess kbir li kelna fl’attivita organizzata mill-Kunsill Lokali, Ir-Raħal fil- Milied bejn is-Sibt 5 u il-Ħadd 6 ta’ Diċembrufejn l-Għaqda tagħna ħadet sehem bit-tlett attivitajiet: Il-Banda idoqq purċissjoni bil-bambin, Stand tal-ħelu u bunzjetta mil-kummissjoni zghazagh kif ukoll bil-ftuħ tal-wirja tal-presepji u wirja fejn titratta il-Milied fis-soċjeta f’dawn l-aħħar snin, kien imiss One Day Tournament organizzat mil-Kummissjoni Zaghzagh li sar it-Tlieta 8, ta’ Diċembru.

jmiss dawn l’attivitajiet:

Għada is-Sibt, 12ta’ Diċembru: Christmas Buffet Dinner – organizzata mil-Kummissjoni Ċentinarju

Il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru – L’allievi tal-għaqda tagħna flimkien mal -allievi tas-Soċjeta Filarmonika Pinto, idoqqu waqt Christmas Market ġewwa l-eks Umberto Colosso Sta. Venera, attivita organizzata mil- Agenzija Zgħazagħ u li tibda fil -11am

Is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Diċembru – Program Muzikali tal- Milied kongunt mas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto, bħala għeluq ta’ proġett li sar flimkien bil-kollaborazzjoni tal-Agenzija Zgħazagħ.

Is-Sibt, 19ta’ Diċembru bejn id -9.00am u 12.00pm , bejn il-5.00pm u is-7.00pm.Il-Ħadd, 20ta’ Diċembru bejn id -10.00am u 12.00pm , bejn il-5.00pm u is-7.00pm. – Issir il-ġbir tar-rigali fis-sede tal- Għaqda, fejn imbad tt-Tqassim issir It-Tnejn 21 u t-Tlieta 22 ta’ Diċembru mill-5.30pm il-quddiem, f’attivita annwali organizzata mill- Kummissjoni Zgħazagħ.

Is-Sibt, 26 ta’ Diċembru – Il-Bandisti u allievi izuru id-dar ta xjuħ fin-Naxxar u jannimaw bid-daqq ta għanjiet tal-Milied.

Il-Ħadd, 27 ta’ Diċembru –Mawra għal-“Bethlem” f’ Għajnsielem.

It-Tnejn, 28 ta’ Diċembru – Party tal-Milied għat-Tfal 

Min hawnhekk, il-President, L-Hon Dr. Michael Farrugia u il-Kumitat flimkien mas-sotto kumitati, jixtiequ jawguraw Milied hini u sena t-tajba lil Kulħadd.