Attivitajiet, Aħbarijiet

“U Paċi fl-Art..” l-ewwel eżekuzzjoni

Ilejla, ġewwa il-kripta tal-Parroċċa ta San Sebastjan f’Ħal Qormi, saret l-ewwel eżekuzzjoni min tnejn ta’ dan il-program mużikali. Dawn il-kunċerti iġibu fit-tmiem l-ewwel kollaborazzjoni bejn l-Għaqda tagħna u dik tas- Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi.

Sensiela ta’ attivitajiet nisġu il-proġett konġunt bejn dawn iż-żewġ għaqdiet bl’għajnuna tal- Agenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal- Banda.

Fl’eżekuzzjoni tal-illum il-banda magħmulha min bandisti u allievi taż-żewġ soċjetajiet kienet taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast tagħna, Christine Dimech bil-kantata ċkejkna Kacey Azzopardi tkanta mal-banda.

Għada l-Assistent Surmast tal- Banda San Sebasjtjan, Roderick Buġeja ħa jkun qed jieħu taħt idejh l-istess banda, fejn il-kunċert ser issir ġewwa it-Teatru tal-Oratorju ġewwa in-Naxxar u li jibda fis-19:30.

Għaldaqstant nistiednu lil kulħadd biex jattendi għal dan il-kunċert storiku.