Attivitajiet, Aħbarijiet

Għeluq ta sena ħidma

Il-bieraħ il-banda tagħna flimkien ma dik tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, għalqu l-impenji tagħhom wara sena ħidma fuq l-ewwel proġett konġunt bejn żewġ soċjetajiet mużikali. Bl’ għajnuna tal- Agenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda, iż-żewġ soċjetajiet irnexxilhom joħolqu ġemelaċċ bejnietnhom bl’ għajn ewlieni jkun dak li jitjieb il-livell mużikali tal-bandisti u allievi tagħhom.

Kien suċċess kbir tassew, hekk kif il-bieraħ filgħaxija ġiet eżeghwita l-aħħar repetizzjoni tal-program, “U Paċi fl’ Art..” ġewwa it-Teatru tal-Oratorju ġewwa in-Naxxar bid-direzzjoni tkun taħt idejn l’Assistent Surmast tal-Banda Pinto, Mro. Roderick Buġeja. Mal-banda ħadet sehem il-kantanta Bastjaniża Nicole Falzon li kantat is-silta “Last Christmas”.

Dan kien l-ewwel proġett konġunt bejn żewġ għaqdiet mużikali ġewwa Malta li ta il-frott mixtieq u li żgur li ħa jkun ta mudell għal ħafna baned oħra. Żgur li dan ma kienx l-aħħar proġett bejn dawn iż-żewġ għaqdiet fejn diġa beda ix-xogħol għal aktar proġetti għal ġid tas-soċjetajiet u għal ġid tal-mużika bandistika.