Aħbarijiet, Festi Centinarji

L-Ewwel Suċċess f’kompetizzjoni nazzjonali ftit siegħat biss wara l-bidu tas-sena l-ġdida!

Kif ftit siegħat ilu għadha tibda s-sena 2016, is-sena tant speċjali għalina li fiha l-għaqda tagħna qed tiċċelebra l-mitt sena anniversarju mit-twaqqif tagħha, waslet l-aħbar tal-ewwel success nazzjonali għal din is-sena.

image

Hekk kif ħarġu r-riżultati tal-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji, nsibu li l-presepju meżżan, xogħol l-artist Naxxari u membru tas-soċjetà Jennings Falzon kiseb żewġ unuri għas-soċjetà tagħna. Il-Presepju tiegħu ġie klassifikat l-ewwel post fil-kategorija ta’ presepji ta’ qies medju. Iktar minn hekk, huwa ġie mogħti wkoll rikonoxximent speċjali ‘għall-mod artistiku, krejattiv u nnovattiv ta’ kif qed jiġi ppreżentat il-presepju.’
Filwaqt li nifirħu mill-qalb lil Jennings Falzon għar-riżultat li kiseb, nawgurawlu iktar suċċessi w kisbiet fil-karriera tiegħu.
Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-organizzaturi tal-wirja esebita fis-sede tas-soċjetà li tkun miftuħa kuljum mill-5.30 il-quddiem sat-3 ta’ Jannar 2016.