Attivitajiet

6 xhur bogħod mil-jum tant mistenni!

Fadal biss 6 xhur oħra għal-jum tant speċjali tal-Festa tagħna, iddikata għal-patruna tas-soċjeta tagħna u tan-Naxxarin kollha, Marija Bambina. Din is-sena hija waħda aktar speċjali min tas-soltu dan għaliex is-soċjeta ser tkun qed tiċċelebra il-100 sena taċ-ċelebrazzjoni f’din il-Festa.

Il-preparramenti ilhom ix-xhur għadejjien biex niċċelebraw dan l-anniversarju kif jixraq. Għaldaqstant, komplu segwu dan is-sit u l-paġna tas-soċjeta fuq Facebook, biex tkunu tistgħu issegwu dak kollhu li jkun qed issir.