Attivitajiet, Aħbarijiet

Nominazzjonijiet għal-Segretarju Ġenerali

Wara li ftit tax- xhur ilu is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta Clifford Galea kien ħabbar li ħa jtemm mil-kariga tiegħu, waqt il-laqgħa ġenerali li ser issir nhar il-Ħadd 10ta’ April, f’kas ta aktar min nominazzjoni waħda, issir elezzjoni għal din il-kariga.

Il-kumitat qiegħed jilqa’ l-applikazzjonijiet għal din il-kariga sas- 7:00pm ta nhar il-Ħadd, 3 ta’ April,2016.

Infakkru ilhi:

  • F’kaz ta’ elezzjoni għall-ħatra ta Segretarju Ġenerali, ikollhom dritt jivvutaw BISS dawk il-membri li jkunu regolari fil-ħlas tal-menswalita.
  • Infakkru ilhi biex titfa n-nominazzjoni tiegħek trid tkun ilek aktar minn sentejn membru fis-soċjeta’
  • F’kaz ta votazzjoni, kull membru jrid juri t-tessera tas-Soċjeta’ biex ikun jista jivota.
  • Nieħdu l-okkazzjoni biex nfakkru ukoll li l-ħlas tal-menswalita għas-sena 2016 diġa qiegħed isir. Dan huwa ta €8 fis-sena. Inħeġġu lil min waq’ lura biex jirregolarizza ruħu.