Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Gear Komemmorattiv tal-Festa

Il-Kummissjoni għaċ-ċentinarju ħasbet biex għal din is-sena tant speċjali toħroġ gear komemmorattive tal-Festa. Dan il-gear ġie idisinjat min Christian Bianchi u b’dettal kbir ħareġ fatizzi tal-vara titulari kif ukoll tal-istatwa mil-isbaħ tal Gran Mastru De Vallete. Fuq wara insibhu ukoll dettal mil-Innu Marcia Vittoria, li huwa tant maħbub mil-membri tas-Soċjeta’ tagħna u li jagħti l-identita’ lill-banda tagħna.

Il-prezz ser ikun ta 25 Euro u l-bookings ser ikun miftuħ għal-ġimgħa waħda biss, min nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 16ta’ Lulju. Biex tibbukja trid tasal wasla sal-bottegin tas-soċjeta’ fejn issib lil xi membru tal-kummissjoni wara is-18:00 biex tiprova is-size u tibbukja.

Bookings ser jiġu aċċetati biss min dawk li jibukjaw mil-kazin u li jkunu pruvaw is-size tagħhom.

 
image