Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

L-Ewwel Sibt għal-Festa 2016

Sebaħ jum l-ewwel Sibt bi preparazzjoni għall-Festa 2016. L-ewwel wieħed min-disgħa li iwassluna għal- ġimgħa għażieża tal-Festa. Din is-sena, sena speċjali għas-soċjeta tagħna, is-sena ċentinarja. Għal dawn l-aħħar snin, kienu qed issiru il-preparamenti biex din is-sena tkun sena b’festi memorabbli kif jixraq lil-dan l-anniversarju.  Bħalma sar is-sena l-oħra dan is-sit ser ikun qed iwaslilkhom ftit informazzjoni dwar il-festa u tema ohra relatati, li jkunu ikomplimentati min ritratt jew ‘collage’ ta’ ritratti mil-fotografu Christian Bianchi. Dawn ser ikunu n’forma ta banners biex kulhadd ikun jista juża (mingħajr ma jsir l-ebda tip ta amendi fir-ritratt) fuq il-Facebook page tiegħu.

 

Għal dan l-ewwel Sibt għandna dan il-collage li juri l-istatwa titulari u il-faċċata tas- sede tagħna armata bl-aktar armar fin għaż- żmien il-festa. L-imħabba li is-soċjeta għandha lejn il-patruna tagħna hija waħda ta’ bla limitu, u dan seta jiġi muri matul is-snin, speċjalment tul dawn l-aħħar 27 sena, fejn minbarra il-parteċipazzjoni bis-sħiħ fil-festa, is-soċjeta daħlet biex il-festa tirkupra u tiġi waħda mimlija ħajja u kompluta.  Fl-aħħar wirja ta din l-imħabba, is-soċjeta bidlet isimha biex tgħati aktar qima u tkun hi is-soċjeta li igib isimha, b’ferħ, b’umilta’ u b’responsabilta’.

Fl-Ewwel Sibt minn tat-tħejjija
Qima w ġieħ nagħtu s-sultana
Għax hi l-Omm ta’ kull nisrani
W padruna tal-għaqda tagħna

(M.Mangani)

 

 

13599086_1334180016611291_1357768285_n