Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

It-Tieni Sibt għal Festa 2016

Reġgħa sebaħ jum is-Sibt, it-tieni wieħed li kull ma jmur dejjem iressaqna dejjem aktar qrib jum il-Festa.

Din il-ġimgħa insibu dan ir-ritratt li fih qed juri kemm l-evoluzzjoni tas-soċjeta’ fiha inffisa kif ukoll l-emblemi li s-soċjeta kellha tul iż-żmien. L-istorja tas-soċjeta ija waħda mimlija b’suċċessi kif ukoll mumenti ta dieqa u qtih il-qalb li bħal kull tip ta relazzjoni oħra tgħaddi min dawn il-fażijiet, li jkabbru l-isem tas-soċjeta u tal-kommunita li tħadana. Fir-ritratt li għandna illum, iddisnjat minn Christian Bianchi, insibu is-sede l-antika tas-soċjeta li l-istorja tagħha ma kienetx spiċċat fuq nota feliċi minħabba li kienet sfat mkeċċijha min fih wara li kien sarlu it-tindil kollhu. Hdejh insibu tlett ritratti li juru kreattivita u suċċessi.

L-armar tal-faċċata tal-Milied, li kull meta is-soċjeta ikompetit f’kompettizjonijiet nazzjonali, dejjem kienet tirbah xi unur.

In-Nar! Is-soċjeta min dejjem kellha rabtit tajba mad-dilettanti tan-nar ġor-raħal tagħna, u f’dawn l-aħħar snin, nafu bis-suċċessi li sħabna id-dilettanti tan-nar akwistaw għan-nom tas-soċjeta.

L-aħħar ritratt, il-karru, Il-Miġja tal-Paxa, iffakarna fiż-żmien li s-soċjeta kienet tikompetti u tirbaħ il-konkorsi nazzjonali tal-karijiet tal-karnival. Ta min isemhi, li l-ewwel darba li l-familja artistika Camilleri Cauchi ta’ Ghawdex ħadmu biċċa xogħol ġon-Naxxar kien propju fil-karijiet tas-soċjeta tagħna.

L-emblemi tas-soċjeta’, li għalhekk fuq stili dejjem aktar li jimxu maż-żmien li kienu saru, juru ikol ir-rabta speċjali mar-raħal tant għażiż tagħna kif ukoll mal-istorja ta’ pajjiżna, kif ukoll mal-Patruna  tagħna Marija Bambina, jew kif uħud issibuha bħala il-Vitorja.

Ġewwa Strada Santa Luċija
is-soċjetà dlonk sabet postha,
wara l-gwerra sfat refuġjata,
wara azzjoni kemmxejn tosta!

Bosta suċċessi kisbu l-membri Fil-karrijiet,
f’nar, anke f’tiżjin,
Sfuma ż-żmien tal- inċertezza,
għax kien ferm ikbar id-destin!

(M.Mangani)

 

13689670_1341045142591445_233933823_n