Attivitajiet

Ir-Raba’ Sibt għal-Festa 2016

Wasalna ftit inqas min xhar għal bidu tal-Festa 2016. Hekk kif f’jum il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu, il-banda sejra tagħti bidu għal din il-Festa hekk speċjali, b’Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Arċipretali tan-Naxxar. Hekk kif jixhed ir-ritratt, li bħal ta’ kull ġimgħa Christian Bianchi qiegħed iħejjilna, din il-ġimgħa ser niffukaw fuq il-banda għażiża tagħna.

Il-banda li issa daħlet fis-27 sena minn mindu ġiet imwaqqfa, illum tgħodd mal 40 bandist u madwar 20 alliev ieħor, li bl’għajnuna tal-iSkola tal-Mużika, “George Vella”, il-formazzjoni mużikali ta’ dawn il-volontarji dejjem kienet imkattra tul iż-żmien. Il-Banda tagħna kellha tlett Surmastijiet Diretturi tul l-ezistenza tagħha, li huma: Capt. John Evan Borġ (1988-1997), Mro. Alfred Farruġia (1997-2000) u is-surmast preżenti, Mro. Roderick Buġeja (2000 – ). Magħhom, kien dejjem ikun hemm Assistent Surmastrijiet u Għalliema, biex issir it-tgħalim mużikali kif mistenni. Dawn kienu: Edwin Pace (1988-2000), Dione Bonnici (1997-2000), Roderick Buuġeja (2000-2009), Christine Dimech (2000- ) u Daniel Vella (2009 – ) . Din is-sena ser issir tibdil sħiħ fis-sistema tat-tgħalliem biex dejjem ikun aktar professjonali u anke utli għat-tkabir tal-formazzjoni ta kull min jingħata dan is-servizz.

Lura għar-ritratt. F’dan ir-ritratt insibu 4 mill-aktar programmi mużikali ċelebri li l-banda tagħna għamlet f’dawn l-aħħar snin.

Anniversary Concert: Ġewwa it-Teatru Manoel, f’teatru mimli daqs bajda. Dan il-program fakar l’ 10 sena min meta Mro. Buġeja ħa it-treġija tal-banda taħt idejh.Niftakru is-solisti Christine Dimech fuq is-sassafonu u il-pjanista internazzjonali maltija, Charlene Farrugia li kienu paxxew lil dawk kollha preżenti.

Il-Kantata Bi Twelidek Rebbaħtna: Fir-ritratt li jinsab fin-nofs, in-naħa ta’ fuq, insibu il-banda flimkien mas-Sopran Claire Caruana waqt li kienet qed titkanta l’Ave Maria ġewwa il-knisja parokjali u Arċiperatali tan-Naxxar. Wara din l-eżekuzzjoni, indaqet għat-tieni darba ġewwa Malta u għal-ewwel darba darba f’dan it-tempju, il-Kanatata Bi Twelidek Rebaħħtna. Fir-ritrat li qiegħed fin-nofs, in-naħa t’isfel huwa ta meta indaqet din il-Kanatata ġewwa is-Sala Sir Temi Żammit ġewwa l’Universita ta’ Malta, fejn f’sala ippakjata instemgħet għal-ewwel darba dan ix-xogħol li huwa il-ħaġra prezzjuża ta din il-banda.

Fl-aħħar ritratt insibu il-Grand Anniversary Concert, li kien sar biex jiġi ikommemorat il-25 sena anniversaju mit-twaqqif tal-banda, li kien sar ġewwa il-Pinto Wharf ġewwa il-Waterfront fil-Belt Valletta. F’dan il-program mużikali, ingħaqad mal-banda is-sassafonisti internazzjonali Sqalli, Antonino Mollica, li ezegwixxi silta bħala solista, imbad daqq duet ma Christine Dimech. F’dan il-programm ġew eżegwiti żewġ biċċiet li nstemgħu għal-ewwel darba f’Malta min Banda: It-Tieni Suite in Fa ta Holst u iċ-ċelebri “Pictures at an Exhibition” ta Mussorgsky.

Dawn huma biss erbgħa min ħafna programmi mużikali li s-soċjeta tagħmel. Illum il-banda torganizza ta l-anqas 5 programmi fis-sena: Akkademja fiż-żmien il-Ġimgħa Imqaddsa, Program fuq il-planċier tat-12th May Band & Social Club lejliet il-Festa ta’ San Filep f#Ħaż-Żebbuġ, il-program tal-Festa nhar it-2 ta’ Settembru, it-Talent Żagħżugħ u l-Program tal-Milied.

Marija Bambina,
minn qalbna nagħtuk ġieħ,
mal-Banda Vittorja,
f’dal jum tassew sabiħ

(George Bianchi)

 

13883911_1351652781530681_56849097_n.jpg