Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Sorpriżi u Spettaklu nhar l-4 u is-6 ta’ Settembru

Hekk kif fadal xhar għal-ewwel jum tat-Tridu tal-Festa 2016, il-preparamenti qed joħolqu il-qofol tagħhom biex f’dawn il-jumejn tal-festa, niċċelebraw bil-kbir. Il-Kummissjoni Zgħażagħ u id-Dilettanti tan-Nar, ħa jkunu qed ipaxxu lil-dawk kollha preżenti b’sorpriżi u spettaklu ta nar tal-art u tal-ajru.

Il-Ħadd, 4 ta’ Settembru: Wara il-marċ mil-Banda Vittorja, fil-23:00 ser nassistu għal Sorpriża mill-Kummissjoni Zgħażagħ Vittorjani.

It-Tlieta 6ta’ Settembru: Fit-8:30pm il-banda Vittorja tibda il-marċ hekk magħtruf bħala il-marċ il-kbir.

Fid-9:00pm id-dilettanti tan-nar ser jipreżentawlna “The Centenary Pyro Musical Show” spettaklu tal-logħob tan-nar tal-ajru bil-fireone.

Fil-11:30pm- Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu fil-pjazza fejn jintwera feature kommemorattiv u li jkun segwit minn esebizzjoni spettakalori tan-nar tal-art mekkanizzat akkumpanjat bil-mużika.

13884450_1356311264398166_1824387423_n