Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Akkademja Mużikali – Festa 2016

F’għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tas-soċjeta’, il-Banda Vittorja ser tibda iċ-ċelebrazzjonijiet għal-Festa 2016 b’Akkademja Mużikali fil-Knisja Arċipretali tan-Naxxar, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu, fis- 19.30.

Waqt din l’Akkademja ser insibu siltiet miktuba min Miklos Rozsa, kif ukoll il-Kuncert għal- Kurunetta min Joseph Haydn, interpretata mil-għalliem u mużiċist tas-Soċjeta Daniel Vella. Ser tindaqq ukoll il- Messa miktuba għal banda mil kompożitur ċelebri fil-kamp tal-baned Jacob De Haan, kif ukoll Ave Maria li ġiet ikkomponuta apposta għal din l-okkażżjoni mis- surmast direttur tal-Banda, Roderick Buġeja, bis-Sopran Claire Caruana tkanta il-lirika ta din is-silta.

Għal-ewwel darba ukoll ser tindaqq arranġament għal-banda tal-Antifona Gloriosae Virginis Mariae tal-mibki kompużitur naxxari Giuseppe Fenech, bl’arranġament issir mit-tifel tiegħu Victor Fenech.

Ma jistax jonqos li tinstema silta mil-kantanta tant għal qalb is-soċjeta u n-Naxxarin, “Bi Twelidek Rebbaħtna” li l-banda, flimkien mal Kor Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni ta Hermann Farrugia Frantz, bis-solisti, il-Baritonu Ivan Vella u t-tenur Charles Vincenti flimkien man Narratur George Peresso, li jgħalqu din is-serata tant importanti u impenjattiva.

L-Akkademja tingħalaq bl’Innu Popolari lill-Marija Bambina ta Chris Muscat.

L-Akkadmeja tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur tal-banda, Mro. Roderick Buġeja, bi presentazzjoni ta George Peresso.

13978297_10209055564340736_2122762369_o