Attivitajiet, Aħbarijiet, Festi Centinarji, LIVE UPDATE !

Wirja fil-Kumpless tan-Nar

Nhar il-Ħadd li ġej 21ta’ Awwissu bejn it-8,00am u 12,00pm ser issir wirja fil-kumpless tan-nar li fiha id-dilettanti tan-Nar ħadmu bla hedda tul din is-sena biex fiz-zmien il-festa jimlew l-ajru bil-murtali u kulur, kif ukoll biex appuxuna biz-zewġ spettakli li qed jipreparaw għal jum is-6ta’ Settembru bl’isem ta The Centenary Pyro Show kif ukoll l-ispettakli annwali tan- nar mekannizat tal-art.

Dan il-kumpless huwa tar-rahal ta San Gwann fejn shabna qeghdin ihallsu kerha u jahdmu in-nar kemm dak tal-ajru kif ukoll tal-art. Dan jinsab is-Salina fit- triq limiti tal-Qadi.

Ghal min jixtieq jasal sal-kumpless, jista jaghfas hawn ghal mappa u direzzjonijiet.